Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2023 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Ahlberg-Dollarstore (A’PEAL)

(Kawża T-56/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea A’PEAL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti APIRETAL – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ rabta bejn it-trade marks inkwistjoni – Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaitė u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ahlberg-Dollarstore AB (Kista, l-Isvezja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Novembru 2022 (Każ R 911/2022-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Laboratorios Ern, SA u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 112, 27.3.2023.