Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2023 – KHG vs EUIPO – Dreams (Dreamer)

(Kawża T-608/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dreamer – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti DREAMS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: KHG GmbH & Co. KG (Schönefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Gehnen, K. Ritzmann, C. López Hernando, M. Nathrath u E. Altintas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Dreams Ltd (High Wycombe, ir-Renju Unit)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 1975/2021-2).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 1975/2021-2) hija parzjalment annullata, sa fejn din ċaħdet l-appell f’dak li jirrigwarda “drapp tar-rombli tal-istamperija” fil-klassi 24 ikkonċernat mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

KHG GmbH & Co. KG u l-EUIPO huma kkundannati ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 441, 21.11.2022.