Language of document : ECLI:EU:T:2011:438





Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-8 ta’ Settembru 2011 – Fulmen vs Il-Kunsill

(Kawża T-439/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran intiżi sabiex jipprojbixxu l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal- Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-16)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Talba għal miżuri provviżorji mressqa diversi xhur wara r-rikors prinċipali - Assenza ta’ fatti ġodda - Assenza ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 19, 21-31)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat fi proċeduri għal miżuri provviżorji u lanqas fil-kawża prinċipali - Assenza ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 32, 33)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti kkontestati segwenti, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39);

ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25);

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81);

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.