Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 – Forgital Italy vs Il-Kunsill

(Kawża T-438/10) 1

(Rikors għal annullament – Tariffa Doganali Komuni – Sospensjoni temporanja ta’ dazju awtonomu tat-tariffa doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd – Bdil fid-deskrizzjoni ta’ ċerti sospensjonijiet – Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Forgital Italy SpA (Velo d’Astico, l-Italja) (rappreżentanti: V. Turinetti di Priero u R. Mastroianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. F. Florindo Gijón u A. Lo Monaco, sussegwentement M. Florindo Gijón u K. Pellinghelli, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u L. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 566/2010, tad-29 ta’ Ġunju 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd (ĠU L 163, p. 4), sa fejn jibdel id-deskrizzjoni ta’ ċerta merkanzija li fir-rigward tagħha d-dazji awtonomi tat-tariffa doganali komuni ġew sospiżi.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Forgital Italy SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.