Language of document : ECLI:EU:T:2013:89





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Esge vs UASI – De’Longhi Benelux (KMIX)

(Kawża T‑444/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KMIX — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BAMIX — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 15-17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali KMIX u BAMIX (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18-21, 24-34, 38-42)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23, 27)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi — Settur tal-ħwejjeġ (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1249/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Esge AG u Kenwood Appliances Luxembourg SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Esge AG hija kkundannata għall-ispejjeż.