Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2010 - Mahmoudian vs Il-Kunsill

(Kawża T-440/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fereydoun Mahmoudian (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-paragrafu 2 tat-Taqsima A tal-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 dwar l-adozzjoni ta' miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta' Lulju 2010, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament ta' implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 li jimplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 1, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK 2, dwar l-adozzjoni ta' miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari sa fejn ir-rikorrenti huwa inkluż fil-lista ta' persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-439/10, Fulmen vs Il-Kunsill, li tikkonċerna l-kumpannija li r-rikorrent huwa d-direttur ġenerali tagħha.

____________

1 - Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

2 - Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.