Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Frar 2021 – HJ

(Kawża C-101/21)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HJ

Konvenut: Ministerstvo práce a sociálních věcí

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 moqri flimkien mal-Artikolu 12(a) u (ċ) tad-Direttiva 2008/94/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi li direttur ta’ kumpannija kummerċjali ma jitqiesx bħala “impjegat” għal skopijiet ta’ ssodisfar ta’ pretensjonijiet ta’ paga mhux imħallsa skont id-Direttiva 2008/94 għas-sempliċi raġuni li d-direttur inkwantu impjegat huwa fl-istess waqt membru ta’ organu statutorju ta’ din il-kumpannija kummerċjali?

____________

1 ĠU 2008, L 283, p. 36.