Language of document : ECLI:EU:T:2013:20





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2013 — Spectrum Brands (UK) vs L-UASI — Philips (STEAM GLIDE)

(Kawża T‑544/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali STEAM GLIDE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 15-18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett — Neoloġiżmu kompost minn elementi deskrittivi ta’ karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati — Inklużjoni fin-nuqqas ta’ natura mhux komuni tal-kombinazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 22)

3.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trade marks — Direttiva 89/104 — Rifjut ta’ reġistrazzjoni jew nullità — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett — Neoloġiżmu kompost minn elementi deskrittivi ta’ karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati — Inklużjoni fin-nuqqas ta’ natura mhux komuni tal-kombinazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 3(1)(ċ)) (ara l-punt 23)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali STEAM GLIDE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punti 25-41, 47-50)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tad-diversi motivi ta’ rifjut — Interpretazzjoni tal-motivi għal rifjut fid-dawl tal-interess ġenerali li huwa l-bażi ta’ kull waħda minnhom (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punt 45)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Koinċidenza tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tal-motivi msemmija fis-subparagrafi (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punt 49)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1289/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Koninklijke Philips Electronics NV u Spectrum Brands (UK) Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Spectrum Brands (UK) Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Koninklijke Philips Electronics NV.