Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Alouminion tis Ellados vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-542/11 RENV) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Tariffa preferenzjali tal-elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt konkluż mal-fornitur eżistenti– Rexissjoni ta’ kuntratt mill-fornitur eżistenti – Sospensjoni ġudizzjarja, fi proċeduri għal miżuri provviżorji, tal-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt – Annullamment tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mill-Qorti Ġenerali – Annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali mill-Qorti tal-Ġustizzja – Portata tal-azzjoni wara r-rinviju – Klassifikzzjoni tad-digriet għal miżuri provviżorji tal-għajnun ġdida – Kompetenza tal-Kummissjoni – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Klassifikazzjoni tat-tariffa preferenzjali bħala għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Aspettattivi leġittimi – Drittijiet tad-difiża tal-benefiċjarju – Obbligu ta’ rkupru – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti Alouminion tis Ellados VEAE, anncienement Alouminion AE(Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: G. Dellis, N. Korogiannakis, E. Chrysafis, D. Diakopoulos u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, C. Synodinos, A. Oikonomou u H. Tagaras, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/339/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-istat Nru SA.26117 — C 2/2010 (ex NN 62/2009) implementata mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA (ĠU 2012 L 166, p. 83).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Alouminion tis Ellados VEAE għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI).

____________

1     ĠU C 370, 17.12.2011.