Language of document : ECLI:EU:F:2010:166

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(Imħallef uniku)

14 ta’ Diċembru 2010

Kawża F-1/10

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-mard — Talbiet għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi — Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ motivazzjoni”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA permezz tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob b’mod partikolari, fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu, minn naħa, iż-żewġ talbiet tiegħu tal-25 ta’ Diċembru 2008 għar-rimbors bir-rata normali ta’ diversi spejjeż mediċi u, min-naħa l-oħra, it-talba tiegħu tas-27 ta’ Diċembru 2008 għar-rimbors addizzjonali, jiġifieri sa 100 %, tal-istess spejjeż mediċi, fit-tieni lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Settembru 2009, li tiċħad l-ilment tiegħu kontra dawn id-deċiżjonijiet, fit-tielet lok, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallsu, bħala rimbors 100 % ta’ dawn l-ispejjeż, is-somma ta’ EUR 2 519.08 jew somma iżgħar li t-Tribunal iqis ġusta u ekwa fuq din il-bażi, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, fir-raba’ lok, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallsu somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn l-ispejjeż mediċi li huwa sostna bejn l-1 ta’ Diċembru 2000 u t-30 ta’ Novembru 2008 u r-rimborsi rċevuti mill-iskema komuni tal-assigurazzjoni għall-mard jew kwalunkwe somma oħra li t-Tribunal iqis ġusta u ekwa għal dan il-każ, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali.

Deċiżjoni: Id-deċiżjonijiet impliċiti li permezz tagħhom il-Kummissjoni ċaħdet it-talbiet tal-25 ta’ Diċembru 2008 tar-rikorrent għar-rimbors bir-rata normali ta’ ċerti spejjeż mediċi huma annullati. Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Rikors — Att li jikkawża preġudizzju — Kunċett — Nota tal-amministrazzjoni li tinforma lill-parti kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li teżamina t-talba tagħha — Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 73, 90 u 91)

2.      Proċedura — Eċċezzjoni ta’ lis alibi pendens

3.      Uffiċjali — Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju — Obbligu ta’ motivazzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 25(2))

1.      Att li jikkawża preġudizzju huwa dak li jipproduċi effetti ġuridiċi vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw direttament u immedjatament l-interessi ta’ uffiċjal billi jibdlu b’mod distint is-sitwazzjoni ġuridika tiegħu; tali att għandu joriġina mill-awtorità kompetenti u jinkludi teħid ta’ pożizzjoni definittiva mill-amministrazzjoni. Għalhekk, risposta li permezz tagħha l-amministrazzjoni tinforma lill-parti kkonċernata li t-talba tagħha qiegħda tiġi eżaminata ma tikkostitwixxix att li jikkawża preġudizzju. Lanqas informazzjoni pprovduta minn uffiċċju ta’ ħlasijiet tal-iskema komuni tal-assigurazzjoni għall-mard fir-rigward ta’ talba għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi, li minnha jirriżulta li tkun ser tittieħed deċiżjoni iktar tard, ma taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ att li jikkawża preġudizzju.

(ara l-punti 46 u 47)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 1 ta’ Ottubru 1991, Coussios vs Il‑Kummissjoni, T‑38/91, Ġabra p. II-763, punt 31; 16 ta’ Marzu 1993, Blackman vs Il‑Parlament, T‑33/89 u T‑74/89, Ġabra p. II‑249, punti 27, 29 u 30; 30 ta’ Ġunju 1993, Devillez et vs Il‑Parlament, T‑46/90, Ġabra p. II‑699, punti 13 u 14; 17 ta’ Marzu 1998, Carraio vs Il‑Kummissjoni, T‑183/95, ĠabraSP p. I‑A‑123 u II‑329, punti 19 sa 22; 21 ta’ Lulju 1998, Mellett vs Il‑Qorti tal‑Ġustizzja, T‑66/96 u T‑221/97, ĠabraSP p. I‑A‑449 u II‑1305, punt 83; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 28 ta’ Ġunju 2006, Grünheid vs Il‑Kummissjoni, F‑101/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑55 u II‑A‑1‑199, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata; 29 ta’ Novembru 2007, Pimlott vs Europol, F‑52/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑395 u II‑A‑1‑2197, punt 50; 10 ta’ Marzu 2009, Giaprakis vs Il‑Kumitat tar‑Reġjuni, F‑106/07, ĠabraSP p. I‑A‑1‑53 u II‑A‑1‑231, punt 43

2.      Rikors, ippreżentat mill-istess rikorrent ta’ rikors ippreżentat qabel, kontra r-rifjut mill-istess istituzzjoni li tirrikonoxxi l-kundizzjonijiet mediċi tiegħu bħala mard serju, fuq il-bażi tal-istess motivi, imur kontra l-eċċezzjoni ta’ lis alibi pendens u għandu għalhekk jiġi miċħud bħala inammissibili.

(ara l-punti 53 u 54)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 17 ta’ Mejju 1973, Perinciolo vs Il‑Kunsill, 58/72 u 75/72, Ġabra p. 511, punti 3 sa 5; 19 ta’ Settembru 1985, Hoogovens Groep vs Il‑Kummissjoni, 172/83 u 226/83, Ġabra p. 2831, punt 9; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 14 ta’ Ġunju 2007, Landtag Schleswig-Holstein vs Il‑Kummissjoni, T‑68/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 16; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 25 ta’ Jannar 2008, Duyster vs Il‑Kummissjoni, F‑80/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑7 u II‑A‑1‑15, punt 52

3.      Huwa biss meta d-deċiżjoni kkontestata tinkludi minn tal-inqas l-elementi inizjali tal-motivazzjoni qabel il-preżentata tar-rikors li l-amministrazzjoni tkun tista’ tipprovdi informazzjoni addizzjonali matul il-kawża u tissodisfa l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni. Fil-każ ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda ta’ talba għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi marbuta ma’ marda professjonali, ivvizzjata minn nuqqas totali ta’ motivazzjoni, tali possibbiltà hija prekluża.

(ara l-punt 65)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 20 ta’ Settembru 1990, Hanning vs Il‑Parlament, T‑37/89, Ġabra p. II‑463, punti 41 u 44