Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta' Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof - Il-Ġermanja) - Finanzamt Frankfurt am Main V-Höchst vs Deutsche Bank AG

(C-44/11) 

(Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 56(1)(e) - Artikolu 135(1)(f) u (g) - Eżenzjoni ta' tranżazzjonijiet li jikkonsistu fl-immaniġġjar ta' assi permezz ta' titoli (immaniġjar ta' portafoll))

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Frankfurt am Main V-Höchst

Konvenuta: Deutsche Bank AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundesfinanzhof - Interpretazzjoni tal-Artikolu 56(1)(e) u tal-Artikolu 135(1)(f) u (g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Eżenzjoni ta' tranżazzjonijiet li jikkonsistu fl-immaniġġjar tal-patrimonju permezz ta' titoli li jitwettqu għal klijenti privati

Dispożittiv

1)    Servizz ta' mmaniġġjar ta' assi permezz ta' titoli, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri attività remunerattiva fejn persuna taxxabbli tieħu deċiżjonijiet awtonomi dwar xiri u bejgħ ta' titoli u teżegwixxi dawn id-deċiżjonijiet permezz tax-xiri u tal bejgħ ta' titoli, huwa kompost minn żewġ elementi li tant huma marbuta mill-qrib li jiffurmaw, oġġettivament, servizz ekonomiku wieħed.

2)    L-Artikolu 135(1)(f) jew (g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li mmaniġġjar ta' assi permezz ta' titoli, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huwiex eżentat mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont din id-dispożizzjoni.

3)    L-Artikolu 56(1)(e) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat bħala li ma japplikax biss għas-servizzi elenkati fl-Artikolu 135(1)(a) sa (g) tal-imsemmija direttiva, iżda wkoll għas-servizzi ta' mmaniġġjar ta' assi permezz ta' titoli.

____________

1 - ĠU C 145, 14.05.2011