Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-31 ta' Jannar 2011 - Finanzamt Frankfurt am Main V-Höchst vs Deutsche Bank AG

(Kawża C-44/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Frankfurt am Main V-Höchst

Konvenut: Deutsche Bank AG

Domandi preliminari

Il-ġestjoni tal-patrimonju permezz ta' titoli (ġestjoni tal-portafoll), li hija attività remunerattiva fejn persuna taxxabbli tieħu deċiżjonijiet awtonomi dwar xiri u bejgħ ta' titoli u teżegwixxi dawn id-deċiżjonijiet permezz tax-xiri u tal-bejgħ ta' titoli, hija eżenti mit-taxxa

biss bħala ġestjoni tal-fondi ta' investiment għal numru ta' investituri kollettivament, skont l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud 1, jew ukoll

bħala ġestjoni ta' portafoll individwali għal ċerti investituri skont l-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE (tranżazzjoni ta' titoli jew bħala negozjar ta' tali tranżazzjoni)?

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-servizz prinċipali u tas-servizz anċillari, liema importanza għandha tingħata lill-kriterju li jipprovdi li s-servizz anċillari ma jikkostitwixxix għall-klijentela għan fih innifsu, iżda mod kif wieħed jibbenefika bl-aħjar kundizzjonijiet mis-servizz prinċipali tal-fornitur, fir-rigward ta' fatturazzjoni separata tas-servizz anċillari u tal-possibbiltà li s-servizz anċillari jista' jiġi pprovdut minn terz?

L-Artikolu 56(1)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE japplika biss għas-servizzi elenkati fl-Artikolu 135(1)(a) sa (g) tad-Direttiva 2006/112/KE jew jinkludi wkoll il-ġestjoni tal-patrimonju permezz ta' titoli (ġestjoni tal-portafoll), anki jekk din it-tranżazzjoni ma taqax taħt din id-dispożizzjoni tal-aħħar?

____________

1 - ĠU L 347, p. 1.