Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' April 2012 - Microsoft vs UASI - Sky IP (SKYDRIVE)

(Kawża T-153/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Microsoft Corp. (Redmond, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Carboni u J. Colbourn, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky IP International Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 2293/2010-1 u tirrinvija l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni lill-UASI sabiex tiġi kkunsidrata; u

tikkundanna lill-UASI, kif ukoll lil kull parti intervenjenti f'dan ir-rikors, għall-ispejjeż sostnuti minnhom stess u mir-rikorrenti f'din il-kawża, fl-appell quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell fil-Każ R 2293/2010-1 u fl-Oppożizzjoni B 1 371 501 quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SKYDRIVE", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 35 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6452411

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "SKY", irreġistrata bħala trade mark Komunitarja taħt in-Nru 3203411, fost l-oħrajn għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat il-probabbiltà ta' konfużjoni. Barra minn hekk, jew sussidjarjament, il-Bord tal-Appell ma għamilx evalwazzjoni xierqa globali tal-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________