Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 – European Dynamics Belgium et vs EMA

(Kawża T-158/12) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvisti ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer – Deċiżjoni li tiġi kklassifikata l-offerta ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni għall-finijiet ta’ kuntratt fi stadji – Kriterji ta’ għoti – Żieda ta’ kriterju ta’ għoti mhux ipprovdut mid-dokumenti kuntrattwali – Evalwazzjoni ta’ kriterju ta’ selezzjoni matul il-fażi ta’ għoti – Trasparenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju); European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja); u European Dynamics UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u C. Maignen, aġenti, assistiti inizjalment minn H.-G. Kamann u E. Arsenidou, sussegwentement minn H.-G. Kamann u A. Dritsa, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni EMA/67882/2012 tal-EMA, tal-31 ta’ Jannar 2012, li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni għall-firma ta’ kuntratt-qafas, wara sejħa għal offerti EMA/2011/17/ICT, dwar il-provvista ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

European Dynamics Belgium SA, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai u European Dynamics UK Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 184, 23.06.2012.