Language of document : ECLI:EU:T:2013:642





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Sweet Tec vs UASI (Forma ovali)

(Kawża T‑156/12)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali– Forma ovali – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali li hija kkostitwita mill-forma ta’ prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 13, 16-18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ bażi ovali b’ħawt li jestendi fuq il-wiċċ ta’ fuq kollu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 19-26)

3.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u sħiħ f’kull każ konkret (ara l-punti 28, 29)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012 (Każ R 542/2011‑1), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali ta’ forma ovali bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sweet Tec GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.