Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2021 minn BSH Hausgeräte GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-152/20, BSH Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-67/21 P)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: BSH Hausgeräte GmbH (rappreżentant: S. Biagosch, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tat-12 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.
____________