Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2013 – Wünsche Handelsgesellschaft International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-147/12) 1

(“Unjoni doganali – Importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreżervat li joriġina miċ-Ċina – Deċiżjoni li tikkonstata assenza ta’ ġustifikazzjoni għall-maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Żball tal-awtoritajiet doganali li seta’ jiġi individwat – Negligenza manifesta tal-importatur – Aspettattivi Leġġittimi – Proporzjonalità – Amministrazzjoni tajba – Ugwaljanza fit-trattament”])

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Landry u G. Schwendinger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Keppenne u B.-R. Killmann, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 6393 finali, tas-16 ta’ Settembru 2011, li tikkonstata li ma huwiex iġġustifikat li tingħata l-maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni f’każ partikolari.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.