Language of document : ECLI:EU:T:2013:220





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Bayerische Motoren Werke vs UASI (ECO PRO)

(Kawża T‑145/12)

“Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali ECO PRO — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet indikati fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punti 18, 19)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali ECO PRO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23-32, 34)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali komposta minn diversi elementi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perċezzjoni globali tal-elementi flimkien mill-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 24)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Rabaʼ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 taʼ Jannar 2012 (Każ R 1418/2011‑4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tas-sinjal verbali ECO PRO.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bayerische Motoren Werke AG hija kkundannata għall-ispejjeż.