Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2011 - ratiopharm vs UASI - Nycomed (ZUFAL)

(Kawża T-222/10) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZUFAL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZURCAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 43(1) ) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ferchland, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Marzu 2010 (Każ R 874/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Nycomed GmbH u ratiopharm GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

ratiopharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.