Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Ottubru 2012 - Il-Kummissjoni vs EU Research Projects

(Kawża T-220/10) 

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni fil-qasam tas-'Soċjetà tal-informatika konvivjali' - Irtirar tal-proġett - Rimbors ta' parti mis-somom antiċipati mill-Kummissjoni - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti, assistiti minn C. Erkelens, avukat)

Konvenuta: EU Research Projects Ltd (Hungerford, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa parti mis-somma antiċipata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt IST-2001-34850, flimkien ma' interessi moratorji.

Dispożittiv

EU Research Projects Ltd hija kkundannata li tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta' EUR 102 039.32, flimkien ma' interessi moratorji bir-rata ta' 4.80 % fis-sena, li jiddekorru mid-29 ta' Diċembru 2006 sad-data tal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma.

EU Research Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010.