Language of document : ECLI:EU:T:2012:551





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Il‑Kummissjoni vs EU Research Projects

(Kawża T-220/10)

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni fil-qasam tas-‘Soċjetà tal-informatika konvivjali’ — Irtirar tal-proġett — Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati mill-Kummissjoni — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja”

1.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament inkorsi — Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati — Assenza — Spejjeż ineliġibbli (Artikolu 317 TFUE) (ara l-punti 28, 29)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt li jipprevedi għajnuna finanzjarja Komunitarja għal azzjoni ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Talba għar-rimbors ta’ ċerti spejjeż — Tnaqqis tal-ispejjeż ineliġibbli — Dritt tal-Kummissjoni għar-rimbors tal-antiċipu, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (Artikolu 272 TFUE) (ara l-punti 30-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa parti mill-antiċipu mħallas mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt IST‑2001‑34850, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

EU Research Projects Ltd hija kkundannata li tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 102 039.32, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4.80 % fis-sena, li jiddekorru mid-29 ta’ Diċembru 2006 sad-data tal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma.

2)

EU Research Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.