Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2010 - ratiopharm vs UASI - Nycomed (ZUFAL)

(Kawża T-222/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 874/2008-4.

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ZUFAL" għal prodotti fil-klassi 5

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: nycomed GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark vebali Komunitarja "ZURCAL" għal prodotti fil-klassi 5 u tliet trade marks nazzjonali "ZURCAL" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma hemmx probbabiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).