Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA)

(Kawża T-426/13)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali AINHOA – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Paris, Franza) (rappreżentanti: M. H. Granado Carpenter, u M. L. Polo Carreño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja) (rappreżentanti: L. Montoya Terán u J.-B. Devaureix, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1642/2012-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn L’Oréal u Cosmetica Cabinas, SL.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 304, 19.10.2013.