Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Urena de Poznanski vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/13) 1

[Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-kuntest ta’ skemi oħra tal-pensjonijiet – Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz filwaqt li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat]

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Soldimar Urena de Poznanski (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u fl-aħħar G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-DĠI l-ġodda u dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 24, 25.1.2014, p. 40.