Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2024 – Derivados del Flúor vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħqudaT-500/14 sa T-504/14) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ lokazzjoni finanzjarja għall-akkwist ta’ vapuri (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha – Tmiem parzjali tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali – Inammissibbiltà manifesta parzjali – Vantaġġ – Natura selettiva – Għajnuna ġdida – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Użu ħażin ta’ poter – Ugwaljanza fit-trattament – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-500/14: Derivados del Flúor, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentant: J. Prieto Tejo, avukat)

Rikorrent fil-Kawża T-501/14: Fami-Cuatro de Inversiones, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Prieto Tejo, avukat)

Rikorrent fil-Kawża T-502/14: Torrevisa, SA (Torrevieja, Spanja) (rappreżentanti: J. Bonet Léon u F. Garcia Sarabia, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-503/14: Euroways, SL (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: J. Bonet Léon u F. Garcia Sarabia, avukati)

Konvenut fil-Kawża T-504/14: Sertrans Catalunya, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Bonet Léon u F. Garcia Sarabia, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Carpi Badía u P. Němečková, aġenti, assistiti minn M. Segura Catalán, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikorsi sa fejn huma intiżi kontra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni, sa fejn jindika l-gruppi ta’ interess ekonomiku u l-investituri tagħhom bħala l-unika benefiċjarji tal-għajnuna msemmija f’din id-deċiżjoni, u l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn jordna lir-Renju ta’ Spanja jirkupra l-ammont kollu tal-għajnuna msemmija f’din id-deċiżjoni mingħand l-investituri tal-gruppi ta’ interess ekonomiku li bbenefikaw minnha.

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 282, 25.8.2014.