Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Marzu 2013 - Event vs UASI - CBT Comunicación Multimedia (eventer EVENT MANAGEMENT SYSTEMS)

(Kawża T-353/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva eventer EVENT MANAGEMENT SYSTEMS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Event - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Event Holding GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Schoenen u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: CBT Comunicación Multimedia, SL (Getxo, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Marzu 2011 (Każ R 939/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Event Holding GmbH & Co. KG u CBT Comunicación Multimedia, SL

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Event Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 252, 28.08.2011