Language of document : ECLI:EU:T:2022:199


 


 



Digriet talPresident talQorti Ġenerali tat30 ta’ Marzu 2022  – RT France vs Il-Kunsill

(Kawża T125/22 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji  – Politika estera u ta’ sigurtà komuni  – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna  – Sospensjoni tal-attivitajiet ta’ xandir ta’ ċerta media  – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Nuqqas ta’ urġenza  – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji  – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Miżuri provviżorji  – Kundizzjonijiet tal-għoti  – Fumus boni juris  – Urġenza  – Dannu gravi u irreparabbli  – Natura kumulattiva  – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni  – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika  – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 19 sa 22)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji  – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Miżuri provviżorji  – Kundizzjonijiet tal-għoti  – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli  – Oneru tal-prova  – Dannu finanzjarju  – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali fid-dettall – Neċessità li tingħata stampa vera u globali tas-sitwazzjoni finanzjarja 

(Artikoli 268 u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 25, 26, 33 sa 38)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji  – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Kundizzjonijiet tal-għoti  – Urġenza  – Ħsara għar-reputazzjoni tar-rikorrent  – Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat aħjar fi proċeduri għal miżuri provviżorji milli fil-kawża prinċipali  – Assenza

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 48)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji  – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Kundizzjonijiet tal-għoti  – Dannu gravi u irreparabbli  – Rabta kawżali bejn id-dannu allegat u l-att ikkontestat 

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 49)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji  – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Miżuri provviżorji  – Kundizzjonijiet tal-għoti  – Dannu gravi u irreparabbli  – Riskju ta’ dannu għad-drittijiet fundamentali  – Riskju li ma jikkostitwixxix fih innifsu dannu gravi 

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 52)

6.      Proċeduri għal miżuri provviżorji  – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Miżuri provviżorji  – Kundizzjonijiet tal-għoti  – Urġenza  – Dannu gravi u irreparabbli  – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-parti li titlob il-miżura provviżorja 

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 54)

7.      Proċeduri għal miżuri provviżorji  – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Kundizzjonijiet tal-għoti  – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni  – Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-attivitajiet ta’ xandir ta’ ċerta media fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna  – Prevalenza tal-interessi segwiti mill-Kunsill fir-rigward tal-interessi finanzjarji tar-rikorrent 

(Artikolu 3(1) u (5) TUE; Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 151(2) u 156(4))

(ara l-punti 59 sa 66)

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kumissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk esposti mill-Kumissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja. Dawn tal-aħħar għandhom ibatu l-ispejjeż fil-kuntest tat-talba għal intervent tagħhom.