Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2012 - JBF RAK vs Il-Kunsill

(Kawża T-555/10) 

["Sussidji - Importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda - Dazju kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju - Artikolu 11(8), Artikolu 15(1) u Artikolu 30(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JBF RAK LLC (Ras Al Khaimah, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, M. França u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta' Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (ĠU L 254, p. 10).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

JBF RAK LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.