Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2008 - Gheysens vs Il-Kunsill

(Kawża F-83/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Johan Gheysens (Mechelen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-ingaġġ tar-rikorrent sa fejn din tillimita l-perijodu tal-kuntratt għal sentejn u l-klassi fil-grupp ta' funzjoni III, grad 11, skala 1, kif ukoll tal-illegalità tal-Artikolu 88 tal- Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (CEOS) sa fejn dan jawtorizza l-użu suċċessiv ta' kuntratti għal perijodu fiss għal limitu totali ta' tliet snin.

Motivi u argumenti prinċipali

Tikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema oħra sa fejn dan jawtorizza l-użu suċċessiv ta' kuntratti għal perijodu fiss għal limitu totali ta' tliet snin;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kundizzjoni tal-ingaġġ tar-rikorrent sa fejn din tillimita l-perijodu tal-kuntratt tiegħu għal sentejn u l-klassi fil-grupp tal-funzjoni III, grade 11, skala 1.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________