Language of document : ECLI:EU:T:2016:484





glgcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 – Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni(Kawża T-220/13)

“Għajnuna mill-Istat – Taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli – Eżenzjoni mogħtija lill-entitajiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi – Test uniku tat-taxxi fuq id-dħul – Eżenzjoni tat-taxxa muniċipali unika – Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni – Interess dirett – Ammissibbiltà – Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru – Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura fil-qasam tal-għajnuna - Impriża kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna - Dritt ta’ rimedju – Kundizzjonijiet (Artikolu 108(2) u (3) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 40, 41, 43-45)

2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat, taħt forma ta’ eżenzjoni fiskali stabbilita minn leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ portata ġenerali, inkompatibbli mas-suq komuni - Effetti legali fir-rigward ta’ kategorija ta’ persuni ġenerali u astratta – Inklużjoni (Artikolu 107 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 47, 49-52)

3.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Att regolatorju li jinvolvi jew li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni - Kunċett - Rimedji ġuridiċi disponibbli kontra dawn l-atti - Kundizzjonijiet għall-użu tal-eċċezzjoni ta’ illegalità jew tar-rinviju preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 53-56)

4.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti regolamentari - Att li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni u li jikkonċerna direttament lir-rikorrent - Kunċett ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni - Kriterji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat, taħt forma ta’ eżenzjoni fiskali stabbilita minn leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ portata ġenerali, inkompatibbli mas-suq intern - Deċiżjoni li ma tinvolvi l-adozzjoni ta’ ebda miżura ta’ eżekuzzjoni min-naħa tad-destinatarju - Att li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni (Artikolu 107(1) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 57, 58, 61, 67)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni - Possibbiltà li tiġi kkonstatata din l-impossibbiltà fl-istadju tal-proċedura amministrattiva li tippreċedi l-adozzjoni tad-deċiżjoni - Obbligu tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru li jikkollaboraw fis-sejba ta’ soluzzjoni li tosserva t-Trattat (Artikolu 4(3) TUE; Artikoli 107(1) TFUE u 108(2) TFUE; Regolament Nru 659/1999, premessa 13 u Artikolu 14(1)) (ara l-punti 77, 81-83, 87)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna illegali - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 91-93)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Għajnuna mogħtija taħt forma ta’ eżenzjoni fiskali - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni - Motivi - Impossibbiltà għall-Istat li jikseb l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 95, 98, 103)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna r-restituzzjoni tagħha - Possibbiltà għall-Kummissjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli - Limiti - Obbligu tal-Kummissjoni li tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq elementi ta’ ċerta affidabbiltà u koerenza (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punt 106)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Dispożizzjonijiet tat-Trattat - Kamp ta’ applikazzjoni - Entitajiet li jeżerċitaw attivitajiet ekonomiċi skont metodi mhux kummerċjali – Esklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 129, 137, 138, 144)

10.                     Kompetizzjoni - Regoli tal-Unjoni - Impriżi - Kunċett - Eżerċizzju ta’ attività ekonomika (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 131-133)

11.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern mingħajr ma tordna r-restituzzjoni tagħha u li tikkonstata l-ineżistenza ta’ għajnuna - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata - Assenza ta’ ksur (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 148-152)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/284/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat S.A. 20829 [C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)] Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI għal bini li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja (ĠU 2013, L 166, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scuola Elementare Maria Montessori Srl hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-intervent tagħha.