Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Mische vs Il-Parlament

(Kawża F-93/05) 1

(Servizz pubbliku – Ħatra – Reklutaġġ u trasferiment simultanju għal istituzzjoni oħra – Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli – Ammissibbiltà tar-rikors – Interess li jiġi ppreżentat rikors – Dewmien)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u L. Levi, avukati, sussegwentement R. Holland, B. Maluch u J. Mische, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u L. G. Knudsen, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 wara kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, skont dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal) kif ukoll min-naħa l-oħra, talba għad-danni

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħala intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 315, 10.12.2005, p. 15. (inizjalment il-kawża ġiet irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-365/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku permezz ta’ digriet tal-15.12.2005)