Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2014 – Energetický a průmyslový u EP Investment Advisors vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-272/12)1

[“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tikkonstata rifjut ta’ sottomissjoni għal spezzjoni u li timponi multa – Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Energetický a průmyslový holding a.s. (Brno, ir-Repubblika Ċeka); u EP Investment Advisors s.r.o (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: inizjalment K. Desai, solicitor, J. Schmidt u M. Peristeraki, sussegwentement J. Schmidt, R. Klotz u M. Hofmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Antoniadis u R. Sauer, sussegwentement R. Sauer u C. Vollrath, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1999 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar dwar proċedura skont l-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (rifjut ta’ sottomissjoni għal spezzjoni) (Każ COMP/39793 ‒ EPH et ).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Energetický a průmyslový holding a.s. u EP Investment Advisors s.r.o. huma kkundannati għall-ispejjeż.