Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/12) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Iffissar tal-prezzijiet – Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali – Provi li jinsabu f’applikazzjoni għall-immunità – Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti – Regoli ta’ etika relatati ma’ obbligu ta’ lealtà u ma projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja – Obbligi ta’ fiduċja – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Għażla tal-kumpanniji – Multi – Proporzjonalità – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Ugwaljanza fit-trattament – Kooperazzjoni – Tranżazzjoni – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja), Schenker AG (Essen, il-Ġermanja), Schenker China Ltd (Shanghai, iċ-Ċina), u Schenker International (HK) Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: F. Montag, B. Kacholdt, F. Hoseinian, avukati, D. Colgan u T. Morgan, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Dawes u N. von Lingen, sussegwentement A. Dawes u G. Meessen, aġenti, assistiti minn B. Kennelly u H. Mussa, barristers)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll talba għal bidla tal-multa li ġiet imposta fuqha fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd u Schenker International (HK) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 243, 11.8.2012.