Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2011 - Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/07) 

["Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Nuqqas ta' deċiżjoni definittiva preċedenti - Inammissibbiltà"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan u B. Martenczuk, sussegwentement B. Martenczuk u D. Grespan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju); u UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4144 finali, tat-12 ta' Settembru 2007, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post AG [għajnuna C 36/07 (ex NN 25/07)].

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    Deutsche Post AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

    UPS Europe NV/SA u UPS Deutschland Inc. & Co. OHG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 26.01.2008.