Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2014 – Al Assad vs Il-Kunsill

(Kawża T-407/13) 1

[“Rikors għal annullament – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Iskrizzjoni ta’ individwu fil-lista ta’ persuni kkonċernati – Rabtiet personali ma’ membri tar-reġim – Drittijiet tad-difiża – Smigħ xieraq – Obbligu ta’ motivazzjoni – Oneru tal-prova – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Dritt għall-ħajja privata – Awtorità ta’ res judicata – Inammissibbiltà – Inammissibbiltà manifesta – Rikors infondat fid-dritt”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bouchra Al Assad (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, p. 1, rettifika ĠU 2013, L 127, p. 27), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 335, p. 3), ir-raba nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (ĠU L 335, p. 50), il-ħames nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014, tat-28 ta’ Mejju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 160, p. 11), u, is-sitt nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (ĠU L 160, p. 37), sa fejn l-isem tar-rikorrenti nżamm fil-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255.Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment manifestament infondat fid-dritt sa fejn huwa intiż għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implimentaz

zjoni tal-Ku

nsill (UE) Nru 578/2014, tat-28 ta’ Mejju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.Bouchra Al Assad hija kkundanna

ta għall-ispejjeż.