Language of document : ECLI:EU:T:2014:871





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – Bitiqi et vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T‑410/13)

“Rikors għal annullament – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Missjoni ‘L-Istat tad-dritt’ immexxija mill-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo) – Persunal bil-kuntratt – Deċiżjonijiet tal-Kap tal-missjoni li ma jiġġeddux il-kuntratti ta’ xogħol – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”

Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà (Artikoli 256 TFUE, 263 TFUE, 272 TFUE u 274 TFUE) (ara l-punti 26-28, 36, 37)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kap tal-missjoni “L-Istat tad-Dritt” immexxija mill-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo), tas-27 ta’ Mejju u tat-2 ta’ Lulju 2013, li ma jiġġeddux il-kuntratti ta’ xogħol tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Burim Bitiqi, Arlinda Gjebrea, Anna Gorska, Agim Hajdini, Josefa Martínez Estéve, Denis Vasile Miron, James Nicholls, Zornitsa Popova Glodzhani, Andrei Mihai Popovici, Amaia San José Ortiz huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u minn Eulex Kosovo.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.