Language of document : ECLI:EU:T:2014:1072





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 —
Comptoir d’Épicure vs UASI — A-Rosa Akademie (da rosa)


(Kawża T‑405/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva da rosa — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti aROSA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-regola 22 tar-Regolament (KE) Nru°2868/95”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Dikjarazzjoni astratta — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara -punti 20, 21)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Koeżistenza tat-trade marks preċedenti fis-suq — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 30)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Pussess, mill-applikant ta’ trade mark, ta’ trade mark nazzjonali identika għal dik li għaliha saret applikazzjoni u preċedenti għat-trade mark nazzjonali opposta (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8) (ara l-punt 45)

4.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Rikors ippreżentat espressament u fil-ħin mill-applikant — Possibbiltà li jiġi ppreżentat ir-rikors għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 42(2) u (3), u 132(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, regola 22 tal-Artikolu 1) (ara l-punti 55, 56)

5.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (ara l-punti 63, 64)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punt 65)

7.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Bordijiet tal-Appell — Klassifikazzjoni bħala amministrazzjoni tal-Uffiċċju — Dritt tal-partijiet għal “proċess” ekwu — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 71)

8.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75, tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 72)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Unjoni li mhix ippubblikata fil-Ġabra — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 75, 76)

10.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 81, 82, 84, 85, 109, 131)

11.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva da rosa u trade mark verbali aROSA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 90, 91, 108, 134)

12.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Natura komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 94, 95)

13.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 110, 111, 120)

14.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Possibbiltà ta’ xebh bejn trade mark figurattiva u trade mark verbali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 115)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1195/2012‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A-Rosa Akademie Gmbh u Le Comptoir d’Épicure.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Le Comptoir d’Épicure hija kkundannata għall-ispejjeż.