Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Ottubru 2012 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-591/08) 

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi informatiċi - Klassifikazzjoni ta' offerent fit-tieni pożizzjoni fil-proċedura kaskata - Rikors għal annullament - Raġunijiet għall-esklużjoni mill-proċedura ta' sejħa għal offerti - Kunflitt ta' interess - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Simon u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat, sussegwentement E. Manhaeve, assistit minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-17 ta' Ottubru 2008, li jikklassifikaw lir-rikorrenti, għall-offerti tagħha mressqa fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti intitolata "Teknoloġiji tal-informazzjoni fil-qasam tal-istatistika", li tikkonċerna servizzi ta' pariri u ta' żvilupp relattivi għall-format ta' skambju ta' data u ta' metadata statistika (SDMX) (ĠU 2008/S 120-159017), bħala t-tieni kontraenti fil-kaskata għal-lottijiet 2 u 3, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha ulterjuri li huma relatati magħhom, inklużi d-deċiżjonijiet li jattribwixxu l-kuntratt lil offerenti oħra, ikklassifikati fl-ewwel pożizzjoni fil-kaskata għal dawn il-lottijiet, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 82, 04.04.2009.