Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2022 – Granini France vs EUIPO - Pichler (Joro)

(Kawża T-68/22)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Granini France (Mâcon, Franza) (rappreżentant: J. Wachsmuth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Josef Pichler (St. Leonhard/Passeier, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Joro” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 136 261

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 2336/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni kkontestata sabiex tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-19 ta’ Novembru 2020 sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni dwar il-prodotti

Likur tal-ġinseng; Likur Ġappuniż bit-togħma ta’ estratti tal-għanbaqar Ġappuniż; Likur ta’ ġinseng aħmar; Likur Hulless magħmul mix-xgħir; Likur tat-tonika bit-togħma bl-estratti tal-għanbaqra Ġappuniża [umeshu]; Taħlitiet ta’ koktejls alkoħoliċi; Koktejls alkoħoliċi li fihom il-ħalib; Koktejls alkoħoliċi forma ta’ ġelatina kiesħa; Xarbiet ta’ koktejls tal-frott alkoħoliċi; Xarbiet alkoħoliċi li fihom il-frott; Xarbiet alkoħoliċi bbażati fuq it-te; Xarbiet alkoħoliċi mħallta minn qabel, mingħajr dawk ibbażati fuq il-birra; Xarbiet alkoħoliċi imħallta minn qabel; Aperitivi; Inbejjed tal-għeneb ħelwin Ġappuniżi li fihom estratti tal-ġinseng u tal-qoxra taċ-ċinkona; Inbid iswed tal-lampun [Bokbunjaju]; Xarbiet alkoħoliċi tal-frott; Ponċijiet [xarbiet]; Estratti tal-frott, alkoħoliċi

u sabiex l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 136 261 għal dawn il-prodotti tiġi miċħuda wkoll;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________