Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Giant (China) vs Il-Kunsill

(Kawża T-425/13) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina – Rieżami interim – Artikolu 9(5) u Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru°1225/2009 – Trattament individwali – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Informazzjoni neċessarja – Data disponibbli – Kumpanniji magħquda – Evażjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giant (China) Co. Ltd (Kunshan, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti) u European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, p. 17).DispożittivIr-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Giant (China) Co. Ltd.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ Giant (China) kif ukoll l-ispejjeż tiegħu.Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 325, 9.11.2013.