Language of document : ECLI:EU:T:2015:669





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2015 –
L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA)

(Kawża T‑426/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali AINHOA – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Proċedimenti ta’ revoka – Fatti u provi mhux ippreżentati fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 51(1)(a), u 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 40(5)) (ara l-punti 12, 13, 16)

2.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Għan u kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a), u 51(1)(a)) (ara l-punti 24, 25, 29)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Trade mark verbali AINHOA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a), u 51(1)(a)) (ara l-punti 28, 30-32)

4.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punti 35, 37-40)

5.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punt 36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1642/2012‑1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn L’Oréal u Cosmetica Cabinas, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.