Language of document : ECLI:EU:T:2017:94





Digriet talPresident tal-Qorti Ġenerali tas16 ta’ Frar 2017 – Gollnisch vs IlParlament

(Kawża T624/16 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3))

(ara l-punti 16-18)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3))

(ara l-punti 23, 24)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti biex tiġi ġġustifikata l-urġenza – Nota ta’ debitu ta’ istituzzjoni mingħajr natura eżekuttiva – Nuqqas ta’ urġenza

(Artikoli 278 TFUE, 279 TFUE u paragrafu 1 tal-Artikolu 299 TFUE; Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 79(2))

(ara l-punti 25, 49, 50, 57)

4.      Parlament Ewropew – Kompetenzi – Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet eżekuttivi li jinkludu obbligu pekunjarju impost fuq persuni destinatarji – Esklużjoni – Konsegwenzi

(Artikolu 299 TFUE)

(ara l-punti 51, 52)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2016, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 275 984.23, tan-nota ta’ debitu 2016‑916, tal-5 ta’ Lulju 2016, sussegwenti għal din id-deċiżjoni u għan-notifika tal-imsemmija atti mid-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tas-6 ta’ Lulju 2016.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.