Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2013 – Aderans vs UASI – Ofer (VITALHAIR)

(Kawża T-548/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aderans Company Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ofer (Troisdorf, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1467/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “VITALHAIR” għal prodotti fil-klassijiet 3, 21 u 26 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 254 378

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ofer

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “Haar-vital” u t-trade mark figurattiva Ġermaniża “HAARVITAL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 26 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) kif ukoll tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.