Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2013 – Rosian Express vs UASI (Forma ta’ kaxxa)

(Kawża T-547/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Rosian Express (Mediaş, ir-Rumanija) (rappreżentant: E. Grecu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ kaxxa, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 28 u 35;

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009