Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2015 – Radecki vs UASI – Vamed (AKTIVAMED)

(Kawża T-551/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AKTIVAMED – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti VAMED – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Radecki (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vamed AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: R. Paulitsch, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Lulju 2013 (Każ R 365/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vamed AG u Michael Radecki.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Michael Radecki huwa kkundannat għall-ispejjeż.