Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-550/13) 1

(“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Terminu raġonevoli – Assenza ta’ kontrolli prinċipali – Estrapolazzjoni ta’ konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, K. Skelly, aġenti, u N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni [2013/433/UE], tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219 p. 49).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 377, 21.12.2013.