Language of document : ECLI:EU:T:2015:835





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Novembru 2015 –
Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑550/13)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Terminu raġonevoli – Assenza ta’ kontrolli prinċipali – Estrapolazzjoni ta’ konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet”

1.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Proċedura – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ksur – Konsegwenzi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4) u Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 26‑38)

2.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punt 48)

3.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Estrapolazzjoni ta’ konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru minn reġjuni għal reġjunijiet oħra – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (ara l-punti 71‑73)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 84‑86)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219 p. 49).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.