Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-10/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad talba għall-kumpens għad-dannu mressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1), tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba żbalji mwettqa matul l-iffissar tad-drittijiet tiegħu fid-dħul fis-servizz tiegħu u għad-dewmien li sar sabiex jiġu kkoreġuti l-iżbalji.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-28 ta’ Marzu 2012 ikkontestata mill-Awtorità tal-Ħatra għat-talba għal kumpens tat-13 ta’ Jannar 2012 tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni biex tikkumpensa lir-rikorrent bl-ammont ta’ EUR 172 236.42;sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent bl-ammont tas-somma indebitament imħallsa, bis-seħħ mill-jum ta’ meta ġiet skoperta iżda mhux ikkoreġuta l-irregolarità jew, fi kwalunkwe każ, mill-inqas bl-ammont ta’ somma indebitament imħallsa mix-xaħar ta’ Novembru 2010, data tal-korrezzjoni tal-fattur multiplikatur tiegħu biss;tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.