Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-169/18 RENV) 1

Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq Grieg għall-provvista ta’ linjite u ta’ bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE – Għoti u żamma tad-drittijiet ta’ operar tad-depożiti pubbliċi ta’ linjite favur impriża pubblika – definizzjoni tas-swieq inkwistjoni – Eżistenza ta’ inugwaljanza tal-opportunitajiet – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Użu ħażin ta’ poter – Proporzjonalità

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Anestis, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti : Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, aġent, assistit minn A. Oikonomou, avukat)

Partijiet konvenuti insostenn tal-parti konvenuta : Elpedison Paragogi Ilektrikis Energeias AE (Elpedison Energeiaki), li kienet Energeiaki Thessalonikis AE (Marousi, il-Greċja) u Elliniki Energeia kai Anaptyxi AE (HE & D SA) (Kifisia, il-Greċja) (rappreżentanti : P. Skouris u E. Trova, avukati) u Mytilinaios AE (Ateni, il-Greċja), Protergia AE (Ateni) u Alouminion tis Ellados VEAE, li kienet Alouminion AE (Ateni) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, I. Zarzoura, D. Diakopoulos u E. Chrisafis, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 824 finali, tal-5 ta’Marzu 2008, dwar l-għoti jew iż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet lil DEI għall-estrazzjoni ta’ linjite.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn Elpedison Paragogi Ilektrikis Energeias AE (Elpedison Energeiaki), minn Elliniki Energeia kai Anaptyxi AE (HE & D SA), minn Mytilinaios AE, minn Protergia AE u minn Alouminion tis Ellados VEAE.

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 183, 19.7.2008.