Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Ġunju 2012 - Transports Schiocchet -Excursions vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/11) 

["Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Servizzi ta' trasport bil-kowċ u x-xarabank bejn l-Istati Membri - Regolament (KEE) Nru 684/92 - Ksur suffiċjentement serju ta' dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Assenza - Rikors manifestament infondat fid-dritt"]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Transports Schiocchet - Excursions (Beuvillers, Franza) (rappreżentant: É. Deshoulières, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Karlsson u E. Dumitriu-Segnana, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u N. Yerrell, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-applikazzjoni tas-sistema prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92, tas-16 ta' Marzu 1992, dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 306).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

Transports Schiocchet - Excursions hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 186, 25.06.2011.